Type: Departmenti / Uffiċċini tal-Gvern

Diviżjoni għall-Affarijiet tal-Baġit

Id-Diviżjoni għall-Affarijiet tal-Baġit tinkorpora tliet Direttorati.L-oqsma ewlenin ta’ responsabbiltà tagħha jinkludu l-kumpilazzjoni tal-Estimi Finanzjarji ppreżentati lill-Parlament flimkien mal-baġit annwali, li jiżguraw li l-fondi pubbliċi jintużaw biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa u tingħata pariri dwar il-pożizzjonijiet ta’ Malta fir-rigward tal-baġit tal-UE.


 

Direttorat tal-Baġit

 

Il-Missjoni tad-Dipartiment

Id-Direttorat tal-Baġit jiżgura li l-proċess baġitarju li jinkorpora Ministeri, dipartimenti u entitajiet pubbliċi, jitmexxa fil-ħin. Jingħataw pariri u appoġġ għall-identifikazzjoni, it-tqassim u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji tal-gvern, biex il-gvern ikun jista ’jsostni l-impenji u jilħaq l-objettivi tiegħu, fil-parametri ta’ pjan finanzjarju konsolidat.

Oqsma Prinċipali ta’ Responsabbilità

Il-kumpilazzjoni, il-pubblikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-leġiżlazzjoni finanzjarja, bħala parti mill-proċess annwali tal-baġit.

Funzjonijiet Ewlenin

  • Jipprovdi pariri dwar abbozzi ta’ Estimi Finanzjarji tal-Gvern, b’riflessjoni ta’ prijoritajiet stabbiliti;
  • Il-kompilazzjoni tal-abbozzi tal-projezzjonijiet annwali u medji tan-nefqa u tad-dħul għall-ministeri, id-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi;
  • Iżomm f’perspettiva l-miri baġitarji aggregati tal-Gvern, matul iċ-ċiklu kollu tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;
  • Jirrakkomanda miżuri korrettivi f’waqthom, fejn ikunu previsti kwistjonijiet ta’ trażżin tal-baġit jew nuqqas ta’ dħul, hekk kif tiżvolġi s-sena finanzjarja;
  • Tikkoordina l-leġiżlazzjoni kollha li għandha x’taqsam mal-implimentazzjoni tal-inizjattivi li joħorġu mid-Diskors Annwali tal-Baġit għal dibattitu u leġiżlazzjoni eventwali fil-Kamra tad-Deputati;
  • Monitoraġġ ta’ nefqa rikorrenti, nefqa kapitali, u ġbir ta’ dħul ta’ ministeri, dipartimenti u entitajiet governattivi, bil-ħsieb li jiġu pprovduti aġġornamenti fil-kuntest ta’ miri baġitarji aggregati;
  • Jiżviluppa u jimplimenta politiċi (policies) u proċeduri finanzjarji li bihom jiggwidaw u jimmonitorjaw id-dħul u l-infiq, filwaqt li jiżguraw il-prestazzjoni tal-valur għall-flus;
  • L-identifikazzjoni ta’ spazju potenzjali għal effiċjenzi, permezz ta’ evalwazzjonijiet strateġiċi, finanzjarji u operazzjonali u tekniki oħra;
  • Il-monitoraġġ tal-estimi riveduti tal-ministeri u d-dipartimenti, kif ukoll il-kontijiet finanzjarji u ta’ ġestjoni tal-entitajiet b’attenzjoni partikolari għad-dħul, l-infiq u l-pjanijiet tan-nefqa;
  • Tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji u tan-negozju, reviżjonijiet tal-istatus, u rapporti oħra ta’ ġestjoni finanzjarja;
  • L-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ offsetting li tinvolvi ħlasijiet lejn u mill-Gvern;
  • Fejn applikabbli, jittrattaw materji mhux delegati li, permezz ta’ leġiżlazzjoni, huma vestiti f’idejn il-Ministru responsabbli għall-finanzi.

Informazzjoni addizzjonali

Riżorsi tad-Direttorat tal-Baġit

Dokumentazzjoni fuq il-baġit

Struttura Organizzattiva


 

Direttorat tal-Prestazzjoni u l-Evalwazzjoni

 

Il-Missjoni tad-Dipartiment

Id-Direttorat ta’ Prestazzjoni u Evalwazzjoni (il-P&ED) jifforma parti mid-Diviżjoni tal-Affarijiet tal-Baġit.Dan id-Direttorat jappoġġja lill-Ministeru għall-Finanzi sabiex isaħħaħ ir-responsabbilità għan-nefqa pubblika filwaqt li jiżgura li l-fondi pubbliċi jintefqu b’mod effettiv u effiċjenti biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa mill-Gvern.Id-Direttorat jissorvelja inizjattivi mmirati sabiex isaħħu l-kultura għall-valur tal-flus fi ħdan il-Gvern u jtejbu l-kapaċitajiet ta’ evalwazzjoni tal-programmi.

Oqsma Prinċipali ta’ Responsabbilità

Id-Direttorat huwa mmexxi minn Direttur u huwa magħmul minn tliet unitajiet differenti li huma:

  • Reviżjoni tal-infiq u politika finanzjarja
  • Nefqa korporattiva tal-gvern
  • Taxxa, Skemi u Kunsilli Lokali

Funzjonijiet Ewlenin

  • Iwettaq, fuq bażi kontinwa, reviżjoni tal-politiċi (policies) u proċeduri eżistenti tal-ġestjoni finanzjarja u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-aġġornament fejn meħtieġ;
  • Jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ oqfsa ta’ rappurtar li jibnu fuq l-aħjar prattiċi u jiżguraw standards ta’ rappurtar effettiv u effiċjenti għad-dejta finanzjarja tal-Gvern;
  • Iwettaq reviżjonijiet komprensivi ta’ nfiq, valutazzjonijiet tal-valur għall-flus u analiżi tal-kost-benefiċċju;
  • Jiżviluppa iżjed l-introduzzjoni ta’ indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni (KPIs), miżuri tal-baġit u miżuri ta’ simplifikazzjoni li kull Ministeru huwa impenjat għalihom, permezz tal-implimentazzjoni tal-programm u l-baġit tal-Gvern;
  • Jissorvelja l-iżviluppi tal-innovazzjoni u t-trasformazzjoni tas-settur pubbliku, billi jevalwa l-impatt probabbli tat-tendenzi identifikati u jipproponi politiċi (policies) ġodda, fejn applikabbli;
  • Jiġbor intelliġenza ekonomika u finanzjarja regolari u jwettaq jew jikkoordina analiżi ekonomika u finanzjarja li tkun għaddejja u jirrapporta u jagħti pariri fuq bidliet proposti/effettivi fl-ispejjeż indotti mill-Gvern/tas-suq li jħallu impatt fuq l-ekonomija b’mod ġenerali u l-baġit pubbliku b’mod aktar speċifiku, b’attenzjoni speċjali dwar oqsma settorjali speċifiċi bħall-ambjent, l-enerġija, it-telekomunikazzjoni, eċċ;
  • Tipprovdi pariri u direzzjoni finanzjarja lill-Ministeri u entitajiet dwar kwistjonijiet relatati mal-Paga u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz;
  • It-twaqqif ta’ politika u l-għoti tat-tmexxija fi kwistjonijiet ta’ nefqa korporattiva tal-Gvern, inkluż it-trasport tal-Gvern, il-kundizzjonijiet tas-servizz u l-ivvjaġġar tal-Gvern;
  • Li jagħti pariri dwar politiki relatati maż-żamma ta’ reġistru tal-assi mill-Gvern li jinkludi l-proprjetà statali kollha u assi oħra, li jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżiċi u legali tiegħu u l-potenzjal tiegħu għall-ġenerazzjoni tal-ġid;
  • Jaġixxi bħala mexxej fuq għotjiet u skemi maħruġa u/jew immexxija mill-Ministeru għall-Finanzi u jikkoordina fuq kwistjonijiet bħal dawn mal-Ministeri dwar l-għotjiet u l-iskemi rispettivi tagħhom;
  • Jabbozza u jippubblika Avviżi tal-Gvern għal skemi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru għall-Finanzi;
  • Tagħmel l-assessjar tal-business plans kif sottomessi mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u Kunsilli Lokali;
  • Imexxi u jevalwa miżuri tal-baġit flimkien ma’ Transport Malta u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
  • Jevalwa u jagħti pariri dwar il-pjanijiet tan-negozju sottomessi minn entitajiet pubbliċi u twettaq reviżjonijiet għall-valur tal-flus għall-Ministeri u entitajiet fi ħdan is-settur pubbliku;
  • Segwitu tar-rapporti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (l-NAO) u tad-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (l-IAID) u jipproponi azzjonijiet, fejn meħtieġ;
  • Iwettaq l-analiżi meħtieġa u jattendi Laqgħat Ġenerali Annwali u Straordinarji tal-kumpaniji li fihom il-Gvern għandu sehem.

Indirizz:

Direttorat għall-Prestazzjoni u l-Evalwazzjoni,
Diviżjoni għall-Affarijiet tal-Baġit,
Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi finanzjarji,
3A, Old Mint Street,
Valletta.

Imejl:

pspe.mfe@gov.mt

Informazzjoni addizzjonali

Struttura Organizzattiva


 

Direttorat tal-Baġit tal-UE

 

Il-Missjoni tad-Dipartiment

Biex jiġi żgurat illi kwistjonijiet relatati mal-baġit tal-UE jiġu mmonitorjati u ttrattati sabiex l-interessi ta’ Malta jkunu mħarsa bis-sħiħ.

Oqsma Prinċipali ta’ Responsabbilità
 
 

Biex jassisti fit-tħejjija tal-pożizzjoni nazzjonali u jappoġġja n-negozjati dwar il-finalizzazzjoni, l-adozzjoni, ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u r-reviżjonijiet li għaddejjin tal-qafas finanzjarju multiannwali ta’ seba’ snin tal-UE (li jistabbilixxi limiti massimi annwali għan-nefqa tal-UE), sabiex Malta tikseb l-allokazzjoni massima possibbli mill-baġit tal-UE u għandha l-aktar bilanċ baġitarju favorevoli possibbli. 

Funzjonijiet Ewlenin

 
  • Li jipprovdi l-pożizzjoni ta’ Malta dwar proposti ġodda regolari dwar in-nefqa tal-UE kif ukoll dwar il-finanzjament tagħha; 
  • Li jikkalkula l-ishma ta’ Malta u ta’ Stati Membri oħra minn diversi fondi u programmi tal-UE fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ allokazzjoni differenti u jimmonitorja l-pagamenti riċevuti mill-UE;
  • Li jivvaluta l-kontribuzzjonijiet kollha ta’ Malta għar-riżorsi proprji tal-UE u jiġbor u jissottometti lill-Kummissjoni dikjarazzjonijiet annwali relatati;
  • Li jipprovdi l-pożizzjoni ta’ Malta dwar matul l-istadji suċċessivi tal-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni tal-baġit annwali tal-UE, baġits emendatorji regolari u trasferimenti regolari mill-Kummissjoni u Istituzzjonijiet oħra tal-UE;
  • Li jiddetermina r-riperkussjonijiet finanzjarji u baġitarji tal-komunikazzjonijiet u l-proposti tal-UE għal-leġiżlazzjoni; 
  • Li jirrappreżenta lil Malta f’laqgħat tal-kumitati u bilaterali li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-baġit tal-UE.

Informazzjoni addizzjonali

L-Unita għal-Ġestjoni tal-Informazzjoni (l-IMU)

L-Unita għal-Ġestjoni tal-Informazzjoni

 

Missjoni

L-allinjament strateġiku u l-applikazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni, Komunikazzjoni u oħrajn Innovattivi biex jappoġġjaw il-funzjonijiet ewlenin tal-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu u jassistuhom biex jiksbu l-għanijiet tagħhom.

 

Għanijiet

• Tinvesti u taġġorna fl-infrastruttura tat-teknoloġija biex tassigura l-affidabbiltà, id-disponibbiltà u l-iskalabbiltà;

• Tisfrutta t-teknoloġija biex tmexxi t-trasformazzjoni tal-Ministeru u d-Dipartimenti u t-twassil tas-servizzi;

• Tassigura li b’mod sikur id-dejta tiġi tradotta f’informazzjoni bħala riżors strateġiku u tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħha għall-partijiet kollha interessati;

• Tipproteġi u tissalvagwardja l-assi tad-dejta u tal-informazzjoni;

• Tiżgura l-aċċessibbiltà tas-servizzi għal kulħadd;

• Tidentifika il-ħtiġijiet ta’ taħriġ fl-ICT u t-twettiq ta’ tali biex il-ħaddiema ikunu mħarrġa biex ikunu effettivi fuq ix-xoghol tahħom;

• Tagħmel riċerka u t-tħeġġiġ tal-użu ta’ teknoloġiji emerġenti biex timmassimizza l-kisbiet kif ukoll jonqsu l-ispejjeż

 

Kompetenzi ewlenin

• Tipprovdi appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti dwar kwistjonijiet tal-ICT fil-Ministeru;

• Tħejjija ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi tal-ICT għall-Ministeru f’konformità mal-istrateġija nazzjonali tal-ICT;

• Awtorizzazzjoni u forniment ta’ servizzi u tagħmir ta’ tak-teknoloġija tal-informazzjoni;

• Il-ġestjoni tas-sistemi tal-informazzjoni filwaqt li jiġu żgurati, l-integrità, id-disponibbiltà u s-sigurtà tad-dejta;

• Tikkoordina l-aġġornament, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Sistemi u Soluzzjonijiet ta’ Informazzjoni ġodda li huma innovattivi, cost effective u sikuri

• Tħejjija tal-baġit tal-ICT, il-ġestjoni tiegħu u tiżgura li r-riżorsi jintużaw bl-aħjar mod;

• Xiri u ġestjoni ta’ kuntratti relatati mal-ICT

• Ġestjoni ta’ informazzjoni u għarfien

• Applikazzjoni ta’ regoli, standards u prattiki li huma mmirati biex jiżguraw li s-sistemi tal-ICT ikunu reċiprokament kompatibbli, sikuri u jirrispettaw il-privatezza kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-impjegati

 

L-Unita għal ġestjoni tal-Informazzjoni hija mmexxija miċ-Chief Information Officer, is-Sur Albert Vella.