Missjoni

L-allinjament strateġiku u l-applikazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni, Komunikazzjoni u oħrajn Innovattivi biex jappoġġjaw il-funzjonijiet ewlenin tal-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu u jassistuhom biex jiksbu l-għanijiet tagħhom.

Għanijiet

  • Tinvesti u taġġorna fl-infrastruttura tat-teknoloġija biex tassigura l-affidabbiltà, id-disponibbiltà u l-iskalabbiltà;
  • Tisfrutta t-teknoloġija biex tmexxi t-trasformazzjoni tal-Ministeru u d-Dipartimenti u t-twassil tas-servizzi;
  • Tassigura li b’mod sikur id-dejta tiġi tradotta f’informazzjoni bħala riżors strateġiku u tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħha għall-partijiet kollha interessati;
  • Tipproteġi u tissalvagwardja l-assi tad-dejta u tal-informazzjoni;
  • Tiżgura l-aċċessibbiltà tas-servizzi għal kulħadd;
  • Tidentifika il-ħtiġijiet ta’ taħriġ fl-ICT u t-twettiq ta’ tali biex il-ħaddiema ikunu mħarrġa biex ikunu effettivi fuq ix-xoghol tahħom;
  • Tagħmel riċerka u t-tħeġġiġ tal-użu ta’ teknoloġiji emerġenti biex timmassimizza l-kisbiet kif ukoll jonqsu l-ispejjeż

Kompetenzi ewlenin

  • Tipprovdi appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti dwar kwistjonijiet tal-ICT fil-Ministeru;
  • Tħejjija ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi tal-ICT għall-Ministeru f’konformità mal-istrateġija nazzjonali tal-ICT;
  • Awtorizzazzjoni u forniment ta’ servizzi u tagħmir ta’ tak-teknoloġija tal-informazzjoni;
  • Il-ġestjoni tas-sistemi tal-informazzjoni filwaqt li jiġu żgurati, l-integrità, id-disponibbiltà u s-sigurtà tad-dejta;
  • Tikkoordina l-aġġornament, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Sistemi u Soluzzjonijiet ta’ Informazzjoni ġodda li huma innovattivi, cost effective u sikuri
  • Tħejjija tal-baġit tal-ICT, il-ġestjoni tiegħu u tiżgura li r-riżorsi jintużaw bl-aħjar mod;
  • Xiri u ġestjoni ta’ kuntratti relatati mal-ICT
  • Ġestjoni ta’ informazzjoni u għarfien
  • Applikazzjoni ta’ regoli, standards u prattiki li huma mmirati biex jiżguraw li s-sistemi tal-ICT ikunu reċiprokament kompatibbli, sikuri u jirrispettaw il-privatezza kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-impjegati

L-Unita għal ġestjoni tal-Informazzjoni hija mmexxija miċ-Chief Information Officer, is-Sur Albert Vella.

FacebookTwitter