Minister-Clyde-Caruana

Il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, inħatar Ministru f’Novembru 2020. Ekonomista b’taħriġ, okkupa l-kariga ta’ Ċermen Eżekuttiv fl-aġenzija tal-impjiegi tal-Istat, Jobsplus, mill-2014. Aktar riċenti kien ħa l-kariga bħala Kap tal-Persunal tal-Prim Ministru.

Matul il-mandat tiegħu fi ħdan il-Jobsplus, bħala Chairperson, huwa awtur ta’ diversi dokumenti ta’ pożizzjoni u dokumenti ta’ politika (policies), li kienu ċentrali għall-politika tal-Gvern dwar il-forza tax-xogħol. Barra minn hekk, huwa kien il-mutur ewlieni biex jimplimenta dawn il-politiki (policies) u riformi l-aktar relatati ma’ childcare b’xejn, In-work benefits u oħrajn.

Huwa kien jaħdem fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn l-2007 u l-2012. Caruana jagħti wkoll lekċers fl-Ekonomija, fil-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy fl-Università ta’ Malta.

Huwa kiteb dokumenti u artikli dwar l-istat soċjali u s-suq tax-xogħol, kif ukoll xogħol ta’ riċerka u konsultazzjoni. 

Ministru Clyde Caruana

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, inħatar Ministru f’Novembru 2020. Ekonomista b’taħriġ, okkupa l-kariga ta’ Ċermen Eżekuttiv fl-aġenzija tal-impjiegi tal-Istat, Jobsplus, mill-2014. Aktar riċenti kien ħa l-kariga bħala Kap tal-Persunal tal-Prim Ministru.

Matul il-mandat tiegħu fi ħdan il-Jobsplus, bħala Chairperson, huwa awtur ta’ diversi dokumenti ta’ pożizzjoni u dokumenti ta’ politika (policies), li kienu ċentrali għall-politika tal-Gvern dwar il-forza tax-xogħol. Barra minn hekk, huwa kien il-mutur ewlieni biex jimplimenta dawn il-politiki (policies) u riformi l-aktar relatati ma’ childcare b’xejn, In-work benefits u oħrajn.

Huwa kien jaħdem fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn l-2007 u l-2012. Caruana jagħti wkoll lekċers fl-Ekonomija, fil-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy fl-Università ta’ Malta.

Huwa kiteb dokumenti u artikli dwar l-istat soċjali u s-suq tax-xogħol, kif ukoll xogħol ta’ riċerka u konsultazzjoni. 

finanzi
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.