Il-Ministeru għall-Finanzi għandu l-għan li jippromwovi l-implimentazzjoni ta’ politiki u programmi li jsaħħu l-benesseri ekonomiku u fiskali ta’ Malta u jikkontribwixxu għas-sostenibbilta’ t’ inizjattivi bħal dawn. Il-Ministeru huwa responsabbli mit-tfassil u s-sottomissjoni tal-baġit annwali għal Malta u Għawdex. L-oqsma ewlenin ta’ responsabbilta’ jinkludu l-formulazzjoni ta’ pariri dwar il-politika tad-dħul u l-infiq, l-evalwazzjoni ta’ programmi individwali ta’ nfiq, it-tmexxija ta’ riċerka, u l-kumpilazzjoni ta’ sottomissjonijiet ta’ politika għall-konsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-Ministeru jikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja mtejba fis-servizz pubbliku billi kontinwament jirrevedi l-politiki u l-proċeduri rilevanti. Il-funzjonijiet ewlenin tal-Ministeru jinvolvu l-abbozzar u s-sottomissjoni ta’ programmi u rapporti lill-Parlament u lill-UE inkluż il-Programm nazzjonali ta’ Riforma, l-aġġornament tal-Programm ta’ stabbilta’, ir-Rapport Annwali, ir-Rapport ta’ kull sitt xhur, l-Istrateġija fiskali ta’ terminu medju, id-dokument ta’ qabel il-baġit, l-Abbozz tal-Pjan baġitarju, l-istħarriġ Ekonomiku, id-diskors tal-baġit, u anke estimi finanzjarji.
Il-Ministeru huwa responsabbli wkoll għal rapporti ad hoc dwar kwistjonijiet ta’ politika finanzjarja fuq talbiet speċifiċi fil-livell tal-Ministeru. Huwa jidentifika oqsma ta’ fokus għall-evalwazzjoni biex tiġi vvalutata l-konsistenza mal-politika ġenerali tal-gvern. Barra minn hekk, il-Ministeru jiffaċilita ġestjoni finanzjarja aħjar permezz t’ aġġornamenti kontinwi ta’ politika u proċedura u programmi ta’ outreach għas-sostenibbilta’. Il-Ministeru jevalwa l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kundizzjonijiet ġodda ta’ impjieg fis-Servizz Pubbliku u jiżgura l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet eżistenti tas-servizz jaderixxu mal-parametri approvati. Huwa jirrevedi l-iżviluppi relatati mal-Programm ta’ Sħubija Pubblika-Privata, bil-għan li jikkontribwixxi għas-suċċess u l-estensjoni tiegħu għal oqsma oħra ta’ attivitajiet. Barra minn hekk, il-Ministeru jimmonitorja l-progress tal-programmi ta’ reviżjoni tal-effiċjenza f’ oqsma magħżula madwar is-Servizz Pubbliku.
Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Clyde Caruana ndirizzaw konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li pajjiżna laħaq il-miri fiskali tiegħu qabel iż-żmien u se jkun l-unika pajjiż li jinħareġ mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv wara sentejn biss.
Aqra f’iktar dettall: t.ly/naqCN
... See MoreSee Less