MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL
L-enfasi ewlenija tal-Ministeru hija li jippromwovi l-introduzzjoni ta’ policies u programmi li jaghtu benefiċji finanzjarji w fiskali lil Malta; u li jikkontribwixxu għas-sostenibbilta’ ta’ inizjattivi bħal dawn.
Il-Ministeru għall-Finanzi u x-xogħol huwa impenjat li jtejjeb kontinwament is-servizzi li joffri. Il-Ministeru jaħdem mill-qrib mal-Better Regulation Unit u mal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, biex jiżgura li l-prinċipji u l-proċeduri għal Regolamentazzjoni aħjar jiġu applikati b’mod konsistenti fil-Ministeru kollhu.