Last updated: 31 ta’ Diċembru 2024

Mit-13 ta’ Awwissu 2012 id-Direttiva 2011/7/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (riformulazzjoni) ġiet trasposta fil-liġi Maltija (Kodiċi kummerċjali) permezz ta’ LN272 of 2012.

Siltiet mill-Avviż legali 272 tal-2012:

“ħlas tard” tfisser ħlas li ma sarx fid-data miftiehma fil-kuntratt jew skont il-liġi, u dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 26C(1) (li jittratta l-imgħax fil-każ ta’ ħlas tard fi tranżazzjonijiet bejn l-impriżi) u l-Artikolu 26D(1) (Li jittratta l-imgħax fil-każ ta’ ħlas tard fi tranżazzjonijiet bejn l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi).

“imgħax legali għal ħlas tard” tfisser imgħax sempliċi għal ħlas tard b’ rata li hija ugwali għas-somma tar-rata ta’ referenza u mill-inqas tmienja fil-mija (8%)

Ir-rata ta’ referenza applikabbli għal:

(a) l-ewwel semestru tas-sena kkonċernata għandu jkun ir-rata fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena;

(b) It-tieni semestru tas-sena kkonċernata għandu jkun ir-rata fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Ir-rata tal-imgħax legali applikabbli fil-każ ta’ ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025 hija: 11.15%

Help us improve our information Let us assist you logo
Report obstacles Logo Your Europe Logo
finanzi
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.