Kapitolu 527 tal-Liġijiet ta’ MaltaProtezzjoni tal-Att dwar il-Whistleblower

L-Att dwar il-Whistleblower daħal fis-seħħ nhar it-Tnejn 16 ta’ Settembru 2013.

Il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ il-ġlieda lejn governanza tajba, u l-Att dwar il-whistleblowers huwa pilastru importanti għal soċjeta’ aħjar u aktar ġusta.

Inħatar uffiċjal tal-Gvern mil-livell ta’ Assistent Direttur jew aktar fi ħdan kull Ministeru tal-Gvern biex iservi bħala whistleblowing Officer dettaljat biex jirċievi rapporti. Barra minn hekk, impjegat ieħor għoli taċ-Ċivil minn ġewwa l-Uffiċċju tal-Kabinett fil-Berġa ta’ Kastilja ġie fdat bir-responsabbilta’ li jservi bħala External whistleblowing Officer li se jirċievi r-rapporti kollha skond il-liġi.

Informatur għandu jippreżenta rapport “in bona fede”, u jkun protett minn kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja kontrih. Il-whistleblowing jista’ jiġi eżerċitat fuq fatti li ġraw kemm qabel kif ukoll wara li daħlet fis-seħħ il-liġi. Din il-leġiżlazzjoni se tagħti protezzjoni sħiħa lil dawk kollha li huma onesti, u tiggarantixxi s-sikurezza u r-riassigurazzjoni kontra kwalunkwe retribuzzjoni. Fl-istess ħin isservi wkoll ta’ inċentiv għal dawk kollha li għamlu xi għemil ħażin biex jikxfu għemilhom. Il-Proċeduri Interni għar-riċeviment u t-trattament tad-divulgazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn hawn.

Persuna ta’ kuntatt: –

Uffiċjal tal-whistleblowing
Ministeru għall-Finanzi,
Maison Demandols,
Triq Nofsinhar,
Valletta
Tel: 2599 8456
finanzi
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.