Scroll to top

​Għotjiet tal-Funerali

L-applikazzjonijiet għal għotjiet taħt l-iskema Għotja tal-Funerali mħabbra skont l- Avviż tal-Gvern numru 965, li ġie ppubblikat fit-23 ta’ Settembru 2014 fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,314, u l-Avviż tal-Gvern numru 1205 sussegwenti li ġie ppubblikat fil-31 ta’ Ottubru 2017 fil-Gazzetta tal-Gvern numru 11,935  għandhom  isiru biss permezz tal-portal/s elettroniċi uffiċjali skont l-Avviż tal-Gvern Nru. 1620 tal- 21 ta’ Novembru 2023.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-iskemi.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Applikazzjoni għall-Għotja tal-Funeral.

Għal kwalunkwe mistoqsija u għajnuna, jekk jogħġbok ċempel 153.

​Għotjiet Ordinazzjoni għas-Saċerdozju

L-applikazzjonijiet għal għotjiet taħt l-iskemi Għotja tal- Ordinazzjoni għas-Saċerdozju mħabbra skont l- Avviż tal-Gvern numru 965, li ġie ppubblikat fit-23 ta’ Settembru 2014 fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,314, u l-Avviż tal-Gvern numru 1205 sussegwenti li ġie ppubblikat fil-31 ta’ Ottubru 2017 fil-Gazzetta tal-Gvern numru 11,935  għandhom, isiru biss permezz tal-portal/s elettroniċi uffiċjali skont l-Avviż tal-Gvern Nru. 1621 tal- 21 ta’ Novembru 2023.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-iskemi.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Applikazzjoni għall-Għotja tal-Ordinazzjoni għas-Saċerdozju.

Għal kwalunkwe mistoqsija u għajnuna, jekk jogħġbok ċempel 153.

Għotja tat-Tieġ jew Unjoni Ċivili

Sabiex jassisti koppji li, jiżżewġu jew jidħlu f’unjoni ċivili, il-Ministeru għall-Finanzi ħareġ skema, li biha applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal għotja fuq in-nefqa mġarrba fuq il-provvista ta’ oġġetti u servizzi relatati mat-tieġ tagħhom/ċerimonja tal-unjoni ċivili kif imniżżla fl-‘Ewwel Skeda’ mehmuża mal-Avviż tal-Gvern, liema funzjoni titwettaq f’Malta.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.

Għal kwalunkwe mistoqsija u għajnuna, jekk jogħġbok ċempel 153.

Għotjiet ta’ Strumenti Mużikali

Sabiex ikompli jippromwovi t-talent lokali fil-qasam mużikali, il-Ministru għall-Finanzi ħareġ skema, li biha applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal għotja ta’ darba biss ta’ 15.25% fuq il-prezz tax-xiri ta’ strument mużikali kif imniżżel fl-Avviż tal-Gvern, soġġett għal għotja massima ta’ €465.87.

  • Ikklikkja hawn għal kopja ta’ din l-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.
Għal kwalunkwe mistoqsija u għajnuna, jekk jogħġbok ċempel 153.

Assistenza lill-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti relatata man-Nefqa Kapitali fl-Implimentazzjoni tar-riformi Edukattivi għat-Tfal Kollha biex jirnexxu

B’riżultat tal-proċess tal-konsultazzjoni li sar mill-Gvern dwar l-implimentazzjoni tar-riformi fl-edukazzjoni u bil-għan li jgħin lill-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti jintroduċi dawn ir-riformi, biex b’hekk ikun żgurat illi l-istudenti kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-bidliet li qed iseħħu, il-Ministru għall-Finanzi, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l- Isport, Iż- Żgħażagħ, Ir- Riċerka u l- Innovazzjoni nedew skema li għandha l-għan li tassisti lill-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti fir-rigward tan-nefqa kapitali relatata ma’ tali riformi fl-interessi tal-iżvilupp edukattiv nazzjonali, biex dawk li jkunu qed jitgħallmu f’dawn l-iskejjel ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-ogħla kwalità tal-ambjent edukattiv.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni bil-Malti.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni bl-Ingliż.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat bl-Ingliż.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat bil-Malti.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet, inklużi d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-applikazzjoni, għandhom jiġu sottomessi/indirizzati lill-Iskema tal-Għotjiet lill-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, Direttorat għall- Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, (DKSE) Level 1, Triq Joseph Abela Scolaro, Hamrun, HMR 1304.

Għotja ta’ Darba Biss fuq ix-Xiri ta’ Rota u Rota Pedelec

Sabiex jinkoraġġixxi l-użu tar-roti u dawk pedelec bħala mezzi ta’ trasport li jnaqqsu kemm it-tniġġiż kif ukoll it-traffiku u fl-istess ħin iħeġġeġ l-eżerċizzju fiżiku, il-Ministru għall-Finanzi waqqaf din l-iskema li hija għotja ta’ darba biss ta’ 15.25% fuq il-prezz tax-xiri tar-rota, soġġetta għal għotja massima ta’ €85 fil-każ ta’ rota mhix mekkanizzata u għotja massima ta’ €250 fil-każ ta’ rota pedelec, li tingħatha lill-applikanti eliġibbli.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.

Għotja tal-Gvern fuq ix-Xiri ta’ Roti u Roti Pedelec minn Kumpaniji li joffru Roti bħal dawn għall-Kiri

Sabiex jinkoraġġixxi l-użu ta’ mezzi ta’ trasport nodfa, filwaqt li, fl-istess ħin iħeġġeġ l-eżerċizzju fiżiku, il-Ministru għall-Finanzi nieda skema, fejn kumpaniji li jkunu xtraw rota jew roti pedelec u li joffru dawn ir-roti għall-kiri, jistgħu japplikaw għal għotja ta’ 15.25% fuq il-prezz tax-xiri tar-roti soġġetti għal għotja massima ta’ €85 kull rota mhix mekkanizzata u għotja massima ta’ €250 għal rota pedelec. Dan sa capping ta’ €7,500 għal kull applikant.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat bil-Malti.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat bl-Ingliż.

Skema ta’ Għotja fuq Xiri ta’ Tagħmir Speċjali għall-użu minn Persuni b’Diżabilità

Sabiex il- Gvern jassisti persuni b’diżabilità li jeħtieġu jixtru tagħmir speċjali meħtieġ biex jgħixu ħajja indipendenti, il-Ministeru għall-Finanzi ħareġ skema, li biha applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal għotja għal nefqa li ssir fuq il-prezz tax-xiri tat-tagħmir speċjali, skont ir-rati applikabbli mehmuża fl-Avviż tal-Gvern riprodott hawn taħt.

  • Ikklikkja hawn għal Kopja tal-Iskema ta’ Għotja
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni
  • Ikklikkja hawn għal-Lista ta’ Tagħmir Eliġibbli (Skeda A)

Mid-19 ta’ April 2024, applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi biss permezz tal-formola elettronika uffiċjali.Il-Ministeru għall-Finanzi jgħarraf li t-tagħmir ‘Personalizzazzjoni ta’ vetturi, inklużi kontrolli tal-idejn u sedili mobbli’ m’għandux jibqa’ nefqa eliġibbli permezz tal-għotja.

Applikazzjonijiet għal dan it-tagħmir jistgħu madanakollu jsiru permezz tal-‘Iskema għal Eżenzjonijiet/Tnaqqis/Għotjiet Relatati ma’ Vetturi bil-Mutur għal Persuni b’Diżabilità.’

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-Avviż tal-Gvern.

Għotja tal-Gvern għall-Installazzjoni ta’ Xtillieri tar-Roti/Faċilitajiet Anċillari

Sabiex jinċentiva l-użu ta’ mezzi tat-transport ħodor alternattivi filwaqt li, fl-istess ħin, jinkoraġġixxi eżerċizzju fiżiku u stil ta’ ħajja aktar f’saħħitha, il-Ministeru għall-Finanzi waqqaf fond biex ikopri n-nefqa li jagħmlu l-kunsilli lokali u l-intrapriżi biex jinstallaw xtillieri tar-roti u faċilitajiet anċillari.

Il-kunsilli lokali u l-intrapriżi jistgħu japplikaw għall-fondi billi jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni wara jkunu kkonsultaw għal-linji gwidi applikabbli u jkunu ssottomettew il-formola tal-applikazzjoni relevanti lill-Bord dwar il-Fond tal-Ixtillieri tar-Roti.

  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-għotja
  • Ikklikkja hawn għal kopja tal-Linji Gwida
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni bil-Malti
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat bil-Malti.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni bl-Ingliż
  • Ikklikkja hawn għall-Formola ta’ Dikjarazzjoni ta’ Għajnuna mill-Istat bl-Ingliż.

Għotja għar-Restawr u l-Irfinar ta’ Proprjetajiet Residenzjali ta’ Proprjetà Privata

Il-Ministeru għall-Finanzi nieda l-iskema tal-għotja li ġejja, li se tirrimborża n-nefqa eliġibbli li ssir mill-applikant relatata mar-restawr u l-irfinar ta’ proprjetajiet residenzjali ta’ proprjetà privata fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCAs), proprjetajiet li ilhom mibnija iżjed minn 20 sena u li ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin, u proprjetajiet ġodda li huma żviluppati skont kriterji approvati kif definiti mill-linji gwida stabbiliti u approvati mill-Bord maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.

Bejn l-1 ta’ Jannar, 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2026, applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw darba biss  għal kull proprjetà għal għotja ta’ 18% u/jew 10%, fejn  applikabbli, fuq l-ispejjeż tar-restawr u l-irfinar sa massimu  aggregat ta’ €54,000 għal kull proprjetà.

  • Ikklikkja hawn għal kopja ta’ din l-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.

Għotja għal first time buyers

Il-Ministeru għall-Finanzi nieda l-iskema tal-għotja li ġejja, li l-għan tagħha huwa li tinċentiva u tassisti lill-first time buyers li jixtru proprjetajiet residenzjali fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCAs), proprjetajiet li ilhom mibnija iżjed minn 20 sena u li ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin, u proprjetajiet ġodda li huma żviluppati skont kriterji approvati kif definiti mil-linji gwida stabbiliti u approvati mill-Bord maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.

L-applikanti eliġibbli jirċievu għotja massima ta’:

  • €15,000 jekk il-proprjetà mixtrija tkun f’Malta;
  • €40,000 jekk il-proprjetà mixtrija tkun f’Għawdex u il-kuntratt tal-akkwist jiġi iffirmat bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2026.

L-ammont attwali allokat jiġi stabbilit fuq bażi pro rata skont is-sehem tal-proprjetà li tkun qed tiġi akkwistata.

  • Ikklikkja hawn għal kopja ta’ din l-iskema.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.
  • Ikklikkja hawn għal skemi oħrajn għal First-Time Buyers.

Skema għal Eżenzjonijiet/Tnaqqis/Għotjiet relatati ma’ Vetturi bil-Mutur għal Persuni b’Diżabilità

L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi appoġġ u għajnuna finanzjarja lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom biex jiksbu mezz ta’ trasport adattat għall-bżonnijiet tagħhom.

  • Ikklikkja ​hawn għal kopja tal-linji gwida ta’ din l-iskema (Verżjoni bl-Ingliż).
  • Ikklikkja ​hawn​​​ għal kopja tal-linji gwida ta’ din l-iskema (Verżjoni bil-Malti).
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni għall-Eżenzjoni tal-Liċenzja tat-Toroq tal-Vetturi.
  • Ikklikkja hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni għall-Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi.