eInvoicing u l-Gvern ta’ Malta

Il-Gvern ta’ Malta jappoġġja l-adozzjoni mifruxa tal-eInvoicing bħala parti mill-istrateġija nazzjonali tiegħu għal Malta Diġitali u bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proġett “eInvoicing4Islands” iffinanzjat mill-UE (implimentat bejn Ġunju 2019 u Q3 2021), impenja ruħu li juża servizz ġdid ta’ eInvoicing għad-Dipartimenti kollha tal-Gvern Ċentrali u l-awtoritajiet subċentrali tiegħu.

Din l-inizjattiva hija bi tweġiba għad-Direttiva Ewropea dwar l-eInvoicing fl-Akkwist Pubbliku (2014/55/UE) li tirrikjedi li l-organizzazzjonijiet kollha tas-settur pubbliku jkunu jistgħu jirċievu eInvoices li jikkonformaw mal-Istandard Ewropew tal-eInvoices EN 16931.

Sabiex ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva, il-Gvern għażel in-netwerk u l-infrastruttura tal-Peppol biex jipprovdi kanali konsistenti u standardizzati biex l-amministrazzjoni pubblika Maltija tkun tista’ tirċievi eInvoices mingħand il-fornituri tagħha.

X’inhi eInvoicing?

Għall-fini tad-Direttiva Ewropea 2014/55/UE dwar l-eInvoice fl-akkwist pubbliku, “eInvoice” tfisser eInvoice li nħarġet, ġiet trażmessa u riċevuta f’format elettroniku strutturat li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku u elettroniku tagħha u tistabbilixxi l-Istandard Ewropew tal-eInvoices (EN 16931) bħala l-format elettroniku strutturat li l-korpi pubbliċi huma obbligati jirċievu u jipproċessaw. PDF mibgħut permezz tal-email ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva.

X’inhu Peppol?

Peppol huwa qafas komuni għall-iskambju transkonfinali sigur ta’ dokumenti elettroniċi tan-negozju. Stabbilit fl-2008 mill-Kummissjoni tal-UE, l-oriġinal tal-qafas kien li jagħmel il-kummerċ aktar faċli bejn il-gvernijiet Ewropej.

Illum, Peppol tmur lil hinn mill-kontinent Ewropew. Il-qafas komuni tal-Peppol għandu l-għan li jippermetti kemm lill-entitajiet privati kif ukoll lill-entitajiet pubbliċi jiskambjaw ordnijiet elettroniċi u eInvoices b’mod ikkontrollat, sempliċi u sigur irrispettivament minn fejn joperaw.

Wara proċess ta’ sejħa pubblika għall-offerti, il-Ministeru għall-Finanzi iffirma kuntratt ma’ Pagero, Fornitur ta’ Servizzi ta’ Peppol Iċċertifikat internazzjonalment għall-forniment ta’ servizzi ta’ Peppol Networking u eInvoicing għad-dipartimenti, l-entitajiet, l-awtoritajiet reġjonali u l-kunsilli lokali kollha tiegħu. Għal aktar informazzjoni dwar Pagero u s-servizzi li qed jipprovdu lill-Gvern ta’ Malta u lill-fornituri tagħhom, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

finanzi
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.