MFE Permsec

Is-Sur Zahra beda jaħdem fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fl-1984 fid-Diviżjoni Ekonomika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Bejn l-1989 u l-1992, huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Assistent Personali tas-Segretarju Ekonomiku u Chief Economics Officer fil-Ministeru tal-Finanzi. Fl-1993 huwa ġie appuntat Direttur (Strateġija Ekonomika) u sussegwentament bħala Direttur Ġenerali (Politika Ekonomika).

Mill-2001 s-Sur Zahra serva ta’ Segretarju Permanenti f’diversi Ministeri fosthom fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, fil-Ministeru għall-Finanzi, fil-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur kif ukoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

F’Marzu 2013 huwa ġie appuntat Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali. F’Novembru 2020 huwa nħatar Segretarju Permanenti għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. F’April 2022 huwa nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet (Fondi Ewropej). F’Ġunju 2022 is-Sur Zahra nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Is-Sur Zahra jservi wkoll fuq numru ta’ bordijiet u kumitati tal-Gvern. Huwa studja kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit u huwa formalment kwalifikat fil-finanzi, management u liġi.

Skip to content